Saturday, November 9, 2024

Il-Prim Ministru Taljan jissottometti r-riżenja tiegħu wara li l-koalizzjoni kkrollat

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Taljan Mario Draghi ssottometta r-riżenja tiegħu wara li l-partit Movimento 5 Stelle – li hu parti mill-koalizzjoni tal-gvern ta’ Draghi – sfiduċjawh b’vot ta’ sfiduċa. L-eks kap tal-Bank Ċentrali Ewropew kien ilu jmexxi l-gvern f’koalizzjoni minn Frar tal-2021. Fi stqarrija li ħareġ ftit wara l-vot ta’ sfiduċja, Draghi qal li l-patt ta’ fidiċja li kien jifforma dan il-gvern issa sfaxxa. 

Minkejja dna kollu, il-President irrifjuta li jaċċetta r-riżenja ta’ Draghi. Il-President Sergio Mattarella kien appunta lil Draghi biex imexxi lill-Italja għal pjan ta’ rkupru wara l-pandemija tal-Co­vid-19, u jgħin lill-pajjiż jikseb l-istabbiltà politika. Huwa għalhekk sejjaħ lil Draghi biex jindirizza lill-parlament u jagħti stampa ċara tas-sitwazzjoni politika.  

L-effett tal-intervent tal-Presi­dent Mattarella għadu mhux magħruf, u dan hekk kif issa Draghi se jkun qiegħed jindirizza l-parlament nhar l-Erbgħa li ġejja u jekk ikun hemm appoġġ suffiċjenti lejh huwa jista’ jibqa’ fit-tmexxija tal-pajjiż. 

L-iżviluppi straordinarji ta’ nhar il-Ħamis li għadda ġewwa Ruma seħħew hekk kif il-Movimento 5 Stelle – immexxi minn Giuseppe Conte – irrifjuta li jappoġġja l-pakkett ta’ €23 biljun f’għajnuna lill-familji u n-negozji, u dan hekk kif Draghi argumenta li mhux qiegħed isir biżżejjed biex tiġi miġġielda l-għoli tal-ħajja. Minkejja li l-gvern xorta waħda rebaħ b’mod komundu l-vot fis-Senat, grazzi għall-għajnuna  minn partit oħrajn, Draghi wissa li mingħajr l-appoġġ tal-Movimento 5 Stelle il-gvern ma jistax jiffunzjona.

Sport