Saturday, November 23, 2024

Il-Prim Ministru u d-Deputat Prim Ministru b’diversi żjarat marbuta mas-settur tas-saħħa

Aqra wkoll

Pazjenti li fiequ kompletament mill-Covid-19 u huma eliġibbli li jagħtu d-demm qegħdin jiġu avviċinati biex jagħtu d-demm hekk kif potenzjalment jistgħu jkunu ta’ għajnuna għal dawk infettati serjament bil-virus 

YouTube video

Il-Prim Ministru Robert Abela, akkumpanjat mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne dalgħodu żar u tkellem mal-ħaddiema tas-saħħa li qegħdin joffru s-servizzi tagħhom fiċ- Ċentru Nazzjonali għat-Trasfużjoni tad-Demm, fid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is- Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, l-Uffiċċju tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika u l-Isptar tar- Riabilitazzjoni Karin Grech. 

Matul iż-żjara tiegħu barra ċ-Ċentru Nazzjonali għat-Trasfużjoni tad-Demm, id-Direttur taċ-Ċentru tat-Trasfużjoni tad-Demm Alex Aquilina spjega li ċ-ċentru għandu madwar 70 impjegat u jieħu ħsieb madwar 17,000 servizz tad-donazzjoni kull sena. 

Huwa assigura li bħalissa huwa sigur li jingħata d-demm. Dan bis-saħħa tal-prekawzjonijiet li ttieħdu biex jitnaqqas ir-riskju ta’ trasmissjoni tal-imxija tal-Covid-19. 

Alex Aquilina spjega li n-numru tad-donazzjonijiet ta’ demm meħtieġa kuljum huwa ta’ madwar 35- 40 borża. Dan huwa mistenni li jiżdied għal madwar 40-50 borża kuljum hekk kif l-isptar mistenni jmur lura għan-normalità fil-ġimgħat li ġejjin. 

Intant, waqt żjara mad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika ġie spjegat li l-uffiċjali għandhom rwol ċentrali fil-ġlieda kontra l-Covid-19. Dan huwa li jinfurzaw l-Att dwar is-Saħħa Pubblika u d-diversi avviżi legali li ġew ippubblikati taħt dan l-Att. Bħalissa, hemm seba’ timijiet li jaħdmu fuq quddiem, sitta jinsabu f’Malta u wieħed f’Għawdex. 

Żied jingħad li tul dawn il-ġimgħat, saru aktar minn 26,000 spezzjoni fir-rigward tal-miżuri tal- kwarantina, waqt li aktar minn 1,300 spezzjoni twettqu fil-ħwienet bl-imnut wara l-ordni tal-SPH fir- rigward tal-miżuri ta’ mitigazzjoni u kundizzjonijiet obbligatorji għal dawn il-ħwienet. 

Fi żjara separata, il-Prim Minsitru rringrazzja lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci u lit-team immexxi minnha għall-ħidma sfiqa tagħhom.

Aktar tard, Dr Abela żar ukoll minn barra l-Isptar tar-Riabilitazzjoni Karin Grech fejn ingħata rendikont tal-ħidma li twettqet fl-aħħar ġimgħat mill-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Stephen Zammit. 

Dr Zammit spjega li fl-aħħar ġimgħat żdiedu 28 sodda fis-sala l-ġdida, R10, biex tieħu ħsieb pazjenti bil-COVID-19 li m’għandhomx bżonn l-ITU. 

Qal li sar xogħol ta’ rinovar fis-sala R6, li nbidlet mill-ġdid f’sezzjoni ta’ kwarantina. Dawn it-28 sodda jservu għal pazjenti li jinsabu fi kwarantina iżda wkoll għal pazjenti pożittivi għal COVID. 

Fi tmiem iż-żjara tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela qal li jinsab grat ħafna għall-ħidma ta’ kull persuna biex flimkien u b’kuraġġ inkomplu nħarsu ‘l quddiem għal ġejjieni pożittiv.

Sport