Friday, February 6, 2026

Il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni f’laqgħa dwar il-ħatra ta’ Prim Imħallef

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg illejla kellhom laqgħa kordjali f’Kastilja b’rabta mal-ħatra ta’ Prim Imħallef.

Fil-kummenti tiegħu mal-ġurnalisti, Dr Abela ddeskriva din il-laqgħa bħala waħda “tajba” li fiha ġew diskussi numru ta’ punti u kien hemm qbil li jevalwaw dak li ngħad u aktar ’il quddiem jerġgħu jiltaqgħu biex possibilment u jittamaw li jirnexxielhom jaslu għal isem ta’ Prim Imħallef ġdid.

“Kienet diskussjoni fejn identifikajna numru ta’ punti li nemmnu li huma ta’ ġid għal din il-ħatra. Inħares ’il quddiem li nkomplu naħdmu b’dan il-mod biex eventwalment naslu għal din il-ħatra ġdida,” temm jgħid il-Prim Ministru.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport