Wednesday, April 1, 2026

Il-Prim Ministru waqt it-tnedija tal-Fondazzjoni Sandra Calleja b’aktar ġid fil-komuni

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela żar il-kumpanija The Convenience Shop (Holding) plc f’Ħal Qormi f’okkażjoni li fiha tnediet il-Fondazzjoni Sandra Calleja mill-istess kumpanija. Din il-fondazzjoni se tkun qed tgħin lis-soċjetà b’mod tanġibbli u tappoġġa inizjattivi relatati mal-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, is-sostenibbiltà ambjentali u l-iżvilupp tal-komunità.

Din il-fondazzjoni, li tfakkar il-memorja tal-mara ta’ fundatur tal-kumpanija, se tkun immexxija mill-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca u appoġġata minn Bord ta’ Amministraturi. Il-Prim Ministru Robert Abela faħħar l-inizjattiva ta’ The Convenience Shop li jwaqqaf din il-fondazzjoni li permezz tagħha se jsir aktar ġid fil-komunità. Kompla jgħid li dan jixhed il-valuri tal-empatija u s-solidarjetà li l-kumpanija tħaddan.

“Bħala Gvern dejjem qegħdin hemm biex nappoġġaw dawn l-inizjattivi. Ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva hija karatteristika tal-imprenditur Malti li jkompli jaqsam il-ġid ma’ ħaddieħor”, tenna Dr Abela. Matul iż-żjara, il-Prim Ministru ltaqa’ mad-diretturi, it-tim eżekuttiv u l-ħaddiema tal-istess kumpanija.

It-tmexxija tal-kumpanija spjegat il-ħidma li qed titwettaq u l-investiment li qed isir biex tissaħħaħ l-aċċessibbiltà diġitali, tiżdied l-effiċjenza fl-operat u tkompli titjieb l-esperjenza tal-konsumatur. Kompliet tispjega li bħalissa hemm’il fuq minn 100 ħanut f’aktar minn 50 lokalità madwar Malta u Għawdex.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport