Wednesday, March 13, 2024

Il-Prinċep Andrew għal darb’oħra akkużat bi sfruttar sesswali

Anthea Cachia
Anthea Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Xhud jgħid li rah b’għajnejh ma’ waħda mill-vittmi 

Il-Prinċep Andrew, it-tieni wild tar-Reġina Eliżabetta it-tieni, għal darb’ oħra jerġa jissemma fil-qrati Amerikani. Dan minħabba l-involviment u r-relazzjoni li kellu ma’ Jeffrey Epstein, negozjant magħruf għat-traffikar uman għal sfruttament sesswali, tant li allegatament kellu gżira għalhekk biss. Dan jaħbat mal-għeluq tal-mewt ta’ Epstein, li għamel suwiċidju sentejn ilu, waqt li kien qiegħed il-ħabs taħt l-akkużi. 

Għal diversi snin, ix-xiehda ta’ Virginia Giuffre, waħda mill-vittmi ta’ Epstein u s-‘sieħba’ tiegħu Ghislaine Maxwell, ma kinitx biżżejjed u dejjem ġiet kontradetta mill-prinċep innfisu. 

Numru ta’ xnigħat minn sorsi qrib it-traffikanti jindikaw li l-prinċep allegatament xtara s-servizzi ta’ Virginia aktar minn darba, li dak iż-żmien kellha biss 17-il sena. Madankollu, kemm Andrew kif ukoll rappreżentanti tal-familja Irjali ċaħdu kategorikament din l-allegazzjoni, minkejja evidenza varji kontrih. 

Virginia, li llum il-ġurnata għandha 38 sena, żmien ilu kienet fetħet kawża lil Epstein dwar dawn l-akkużi diżumani u l-ġimgħa li għaddiet, fetħet kawża oħra f’New York lid-Duka ta’ York u qiegħda titlob lill-Qrati Amerikani jiddeterminaw huma x’danni seta’ kkawża. Minkejja li meta akkużat snin ilu huwa saħaq, li “ma jidirlix li jien iltaqajt magħha”, sa’ issa huwa għadu ma weġibx għall-aħħar akkuża u lanqas il-familja prestiġjuża tiegħu. 

David Boies, l-avukat ta’ Virginia, saħaq li peress li din il-kawża titratta persuni lil hinn mill-ġurisdizzjoni Amerikana, jeħtieġ li d-dokumenti meħtieġa li bihom jinnotifikaw lil persuna msejjħa, jingħaw fir-Renju Unit. Jekk il-Prinċep ma jkunx jista’ jiġi interċettat, il-qorti tista’ tordna li d-dokumenti jintbgħatu lir-rappreżentanti tiegħu. 

L-irwol tiegħu fit-tmexxija ta’ pajjiżu bħala ‘membru’ tal-monarkija

Tajjeb li wieħed isemmi li fl-2019, wara li dan l-iskandlu ħareġ fil-pubbliku bu ħammar wiċċ l-Irjali, il-Prinċep ‘volontarjament’ staqsa lir-Reġina biex jxoll l-irwoli tiegħu bħala membru tal-monarkija. Dak iż-żmien kien ġie ppubblikat  ukoll ritratt tal-prinċep, b’idejh fuq ġenbejha. 

Filwaqt li għal darb oħra ċaħad l-abbuż fuq Virginia, huwa kien stqarr li, “nibqa’ b’mod inekwivoku jiddispjaċini b’kull assoċjazzjoni  li qatt kelli ma’ Jeffrey Esptein.”

Huwa kien wiegħed li kien beħsiebu jkun ta’ għajnuna fl-investigazzjonijiet iżda jidher li f’dan il-perjodu ma kien hemm ebda koperazzjoni minn naħa tiegħu. 

Aktar xieda kontra l-Prinċep

Persuna li kien jaħdem għal Jeffrey Epstein, riċentament stqarr mal-midja li kien ra b’għajnejh lil Prinċep Andrew ma’ Virginia. Jirrakkonta kif dak il-mument kien qiegħed juża l-mobile u “hu kien qiegħed ħdejn il-pool ma’ Virginia. Malli rajtu mal-ewwel għaraftu. Dak il-ħin għidt, li kieku għandi l-kamera miegħi fil-basket, kont nieħu ritratt u l-valur tiegħu kien ikun zgur ta’   $50,000.”

Huwa żied jgħid li ftit qabel kienu qiegħdin qrib xulxin u li viżwalment seta’ jara li kellhom kunfidenza sesswali. 

Dan mhux l-ewwel rakkont ta’ xieda li raw lilhom flimkien, persuni saħansitra ltqagħu magħhom f’clubs.

Persuni oħra li allegatament huma involuti

L-investigazzjonijiet f’dan il-każ ħallew frott, tant li ssemmew irjus kbar  li allegatament kienu preżenti fil-gżira, Little St. James, jew li kellhom xi tip ta’ relazzjoni amikevoli mal-akkużati Epstein u Maxwell. Fosthom hemm żewġ eks-Presidenti Amerikani; Bill Clinton u Donald Trump, Bill Gates, Stephen Hawking, ċelebritajiet popolari fosthom; Ellen Degeneres, John Legend u l-mara tiegħu Chrissy Teigen, Oprah Winfrey fost l-oħrajn

Ekonomija

Sport