Saturday, November 1, 2025

Il-Prinċep Andrew se jitlef it-titlu ta’ prinċep

Aqra wkoll

Il-Palazz ta’ Buckingham ħabbar li l-Prinċep Andrew se jitlef it-titlu ta’ prinċep u se jitlaq mir-residenza rjali tiegħu f’Windsor. 

Andrew Mountbatten Windsor, ċeda t-titli rjali l-oħra tiegħu aktar kmieni dan ix-xahar, inkluż id-Duka ta’ York, wara li feġġew aktar mistoqsijiet u allegazzjonijiet dwar il-ħajja privata tiegħu.

Il-Palazz qal li l-eks prinċep qabel li jitlaq mir-Royal Lodge hekk kif ir-rabtiet tiegħu ma’ Jeffrey Eipsten qed ikomplu jikkawżaw kontroversja. 

Huwa mifhum li din i-deċiżjoni ttieħdet minħabba żbalji serji fil-ġudizzju ta’ Andrew, filwaqt li huwa għadu jiċħad l-akkużi kontrih.

Huwa mifhum ukoll li hu m’oġġezzjonax għad-deċiżjoni tar-Re li jneħħilu t-titli. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport