Il-Prinċep Harry tar-Renju Unit li huwa wkoll id-Duka ta’ Sussex irriżenja minn organizzazzjoni tal-karità Afrikana li huwa stess kien waqqaf 20 sena ilu, wara ġlied intern u diżgwid fl-organizzazzjoni.
Id-Duka ta’ Sessex, flimkien mal-ko-fundatur, il-Prinċep Seeiso tal-Lesotho, irriżenjaw minn patruni tal-organizazzjoni tal-karita Sentebale nhar it-Tlieta wara li t-trustees rtiraw ukoll mill-pożizzjoni tagħhom minħabba tilwima mal-president, Dr Sophie Chandauka, avukat li nħatret fl-2023.
Harry kien waqqaf l-organizazzjoni Sentebale fil-Lesotho fl-2006 ad unur ommu, Diana, Prinċipessa ta’ Wales, wara li żar il-pajjiż tan-Nofsinhar tal-Afrika. It-tilwima qamet madwar deċiżjoni li tiffoka l-ġbir ta’ fondi fl-Afrika, skont il-gurnal The Times.
Harry u Seeiso fi stqarrija faħħru lit-trustees li aġixxew fl-aħjar interess tal-organizazzjoni tal-karità billi talbu lill-president twarrab, filwaqt li żammew f’moħħhom il-benessri tal-impjegati. Min-naħa tagħha l-president qed tfittex legalment lill-organizazzjoni sabiex titħalla tibqa fil-pożizzjoni ta’ president.
Ir-rwol tal-Prinċep Harry f’Sentebale kien wieħed mill-ftit patrunaġġi żgħar li żamm wara li nanntu r-Reġina Eliżabetta fl-2021 kienet neżżagħtu mill-patroċinji rjali kollha u l-pożizzjonijiet militari onorarji li kellu wara t-tluq tiegħu mill-monarkija Ingliża.
Sentebale, li tfisser “Ma tinsinix”, inħoloq biex jgħin lin-nies fil-Lesotho u l-Botswana li jgħixu fil-faqar u lil dawk morda bl-HIV u l-Aids. L-eks trustees ħarġu stqarrija fejn ħabbru d-deċiżjoni tagħhom li jirriżenjaw unanimament minn membri tal-bord.
Sadanittant, kelliem għall-organizazzjoni qal li Sentebale ma kienet irċeviet ebda riżenji mingħand l-ebda patrun irjali, u żied li l-organizazzjoni bi pjaċir tikkonferma r-ristrutturar tal-bord tagħha biex tintroduċu esperti kapaċi u n-netwerks biex taċċellera l-aġenda tat-trasformazzjoni tagħha kif kien imħabbar s-sena l-oħra.