Sunday, December 22, 2024

Il-Prinċep Harry jikteb ukoll dwar il-konsum ta’ droga kokaina meta kellu 17-il sena

Ifakkar it-trawma li għadda minnha wara l-mewt ta’ ommu

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Fil-ktieb il-ġdid tal-Prinċep Harry, bl-isem ta’ Spare, li se jkun ippubblikat fil-jiem li ġejjin, huwa jiżvela li kien jagħmel użu mill-kokaina meta kellu 17-il sena u dan minħabba li kienet tgħinu jħossu differenti.

Jinkludi wkoll rakkont ta’ kif il-Prinċep Harry sar jaf li ommu tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku. Kien propju missieru li mar iqajmu billejl u qallu li ommu, il-Prinċipessa Diana, tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku f’Pariġi.

Ritratt: Daily Express

Intant, l-ewwel reazzjoni tal-Prinċep Harry kienet ta’ xokk kbir. Fl-istess ktieb hemm miktub li Harry qal lil missieru li ma ridux li jiżżewweġ lil Camilla. Minkejja dan, hu u ħuħ, il-Prinċep William, wiegħdu lil missierhom li lil Camilla se jagħmlu minn kollox biex jilqgħuha fil-familja tagħhom.

Jingħad ukoll li Meghan Markle kienet il-kaġun ta’ argument bejn il-Prinċep Harry u l-Prinċep William. Jiżvela wkoll episjodi ta’ umilazzjoni u wħud mill-esperjenzi li għadda minnhom il-Prinċep Harry.

Ekonomija

Sport