Wednesday, November 13, 2024

“Il-problema mhux is-servizz, iżda li dak li jkun ma jfittixx is-servizz”

Rata ta’ suċċess fejn jidħol fejqan li tlaħħaq it-80 fil-mija

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Min-naħa tiegħu l-Professur Anton Grech qal li l-problemi ta’ saħħa mentali f’dawn l-aħħar sentejn żdiedu ħafna. Tkellem dwar l-istrateġija tas-saħħa mentali li kien hemm qabel il-pandemija, iżda li l-pandemija wasslet biex l-awtoritajiet iħaffu l-pass biex jindirizzaw dawn l-isfidi.

Grech spjega li kontra kif jaħsbu ħafna, il-problemi tas-saħħa huma fost l-aktar li jfiqu u li r-rata ta’ suċċess fil-fejqan ta’ dawn il-persuni hija ta’ madwar 80 fil-mija. Innota li l-akbar problema mhix li m’hawnx servizzi ta’ kwalità iżda li l-persuni konċernati ma jersqux għal dawn is-servizzi. 

Huwa tkellem dwar każi partikolari ta’ persuni saħansitra bi ħsibijiet suwiċidjali u li sfortunatament meta dawn jgħaddu mill-agħar fażi tagħhom, iħallu l-problema taħt it-tapit aktar milli jfittxu l-għajnuna, dan ikun ta’ riskju kbir jekk l-istess persuna jiġiha l-mument ħażin f’mumenti fejn sa qabel l-istess helpline mniedi, ma kienx hawn assistenza. 

Huwa tenna li dan il-helpline jikkonferma l-impenn biex persuni li jiġu bżonn l-għajnuna f’ċertu ħinijiet matul il-lejl, f’ċertu ġranet bħalma huma festi jew ħdud, isibuha u kemm jista’ jkun jiġu salvati.

“Jien li verament nixtieq li dan it-telefown ħadd ma jkollu bżonnu, iżda nafu li r-realtà mhix hekk. Jalla li issa li għandna dan is-servizz, in-nies jistgħu jfittxu l-għajnuna u jingħataw l-għajnuna professjonali biex kemm jista’ jkun in-naqqsu jew inneħħu kemm nistgħu t-tbatija ta’ dawk bi problemi ta’ saħħa mentali”, tenna Grech.

Ekonomija

Sport