Monday, December 23, 2024

Il-problema tal-mediċini out of stock tinsab fil-privat

Il-Ministru tas-Saħħa jikkonferma li s-sitwazzjoni tal-mediċini tal-POYC hija taħt kontroll

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru tkellem ukoll dwar is-sitwazzjoni ta’ skarsezza ta’ mediċini li qed tkun irrappurtata madwar id-dinja, fejn serraħ ras il-pazjenti li s-sitwazzjoni tal-mediċini tal-POYC hija taħt kontroll grazzi għal sensiela ta’ miżuri proattivi li ttieħdu mill-awtoritajiet għas-saħħa fix-xhur li għaddew. Qal li huwa konxju tad-diffikultajiet li qed isibu importaturi li jissupplixxu lis-settur privat u tenna li l-awtoritajiet għas-saħħa qegħdin jassistu lil dan is-settur ukoll. Huwa rrefera għal rapport fil-midja lokali fejn il-Kap Eżekuttiv tas-CPSU Karl Farrugia qal li din hija sitwazzjoni globali u li mistennija tieħu madwar sitt xhur biex tiġi kontrollata.

Id-Deputat Prim Ministru, Chris Fearne

Filwaqt li tenna li m’hemm l-ebda lok ta’ allarm, il-Ministru tas-Saħħa qal li din hija problema li hija wkoll waħda mill-effetti tal-Covid-19. Dan hekk kif spjega li minħabba ċertu restrizzjonijiet u tilqim li ngħata f’dawn l-aħħar sentejn wassal biex id-domanda għal dawn il-mediċini naqset u b’hekk b’hekk tnaqqset il-produzzjoni tagħhom.

Issa li d-domanda reġgħet bdiet tiżdied ovjament hemm ċertu perjodu biex dawk li jipproduċu l-mediċini jlaħħqu ma’ tali domanda. Fearne kkonferma li minn madwar 2,000 mediċina fuq il-formularju tal-gvern hemm biss waħdiet li bħalissa mhumiex disponibbli u li n-nefqa tal-gvern fil-mediċini hija erba’ darbiet iżjed minn dik tal-amministrazzjoni preċedenti.

Ekonomija

Sport