Matul is-sena 2023, il-produzzjoni tal-isparkling wine fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea kienet ta’ 1,496 biljun litru u dan ifisser li kienet 8% inqas mis-sena ta’ qabel ma dakinhar kienet ta’ 1,624 biljun litru.
L-aktar pajjiżi li produċew inbid kienu l-Italja, Franza u l-Ġermanja. Warajhom kien hemm Spanja li produċiet 206 miljun litru ta’ sparkling wine filwaqt li mill-Protugall ħarġu 25 miljun litru.
Matul l-istess sena l-esportazzjoni tal-isparkling wine minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea lejn pajjiżi mhux membri wkoll naqset bi 8% meta ġew esportati 600 miljun litru. Matul l-2022 l-esportazzjoni kienet ta’ 649 miljun litru.
Minkejja dan it-tnaqqis xorta waħda l-esportazzjoni fl-2023 kienet aktar minn snin oħrajn fejn fl-2020 dik kienet tlaħħaq l-495 miljun litru filwaqt li fl-2019 ġew esportati 528 miljun litru.