Thursday, October 31, 2024

Il-Prof. Gauci tħeġġeġ lil min irkupra mill-Covid-19 biex jieħu l-vaċċin ladarba jkun disponibbli

Aqra wkoll

Kull min irkupra mill-Covid-19 għandu xorta waħda jiġi mlaqqam kontra l-virus minħabba li l-immunità naturali mill-infezzjoni hija waħda “baxxa” u ma ddumx. Min-naħa l-oħra l-immunità bil-vċċin hija aktar b’saħħitha. Qalet dan il-Professur Charmaine Gauci fl-aġġornament tagħha aktar kmieni llum.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika ħeġġet lill-aktar minn 8,000 persuna li rupraw mill-coronavirus biex jieħdu l-vaċċin ladarba jkun disponibbli mis-sena li ġejja.

Il-Professur Gauci qalet li l-istuji dwar il-vaċċin juru li s-side effects mhumiex b’saħħithom u jinkludu deni ħafif u għejja.

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kien qal li l-ewwel dożi tal-vaċċin għandhom jaslu fl-ewwel ġimgħa ta’ Jannar.

Minkejja li kien intqal li anzjani u frontliners se jkunu l-ewwel li jirċievu t-tilqima, Gauci qalet li deċiżjoni finali dwar il-lista ta’ prijorità għad trid tkun ippubblikata skont in-numru ta’ dożi li se nkunu qed nirċievu.

Intant fl-aġġornament tagħha Gauci nnotat żieda fin-numru ta’ pazjenti li qed jirċievu kura intensiva, bi 17-il każ fl-ITU tal-Isptar Mater Dei.

Filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-każi attivi qed jirkupraw id-dar, oħrajn qed jirċievu kura fi sptarijiet:

It-Taqsima tal-Mard Infettiv – 11-il każ; l-Isptar Boffa – 23; Mater Dei – 45; St Thomas Hospital – 24; L-Isptar Karin Grech – 19; il-faċilità tas-Sammaritan it-Tajjeb – 64; l-Isptar Monte Karmeli – 3; l-Isptar Ġenerali t’Għawdex – 3.

Gauci identifikat erba’ clusters ta’ każijiet, bl-akbar wieħed ikun dak ta’ tixrid tal-virus fost qraba (138 każ), fuq il-post tax-xogħol (41 każ) u attivitajiet soċjali (17). Dan filwaqt li kien hemm 10 każi li kienu importati. L-età medja ta’ pazjenti bil-Covid-19 hija ta’ 45 sena.

Sport