Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci se tkun qed terġa’ tagħti aġġornamenti b’mod regolari darba fil-ġigħa dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna.
L-aġġornamenti se jkunu qed jingħataw minn Kastilja u mistennijin li jservu bħala mezz kif il-pubbliku jiġu pprovdut b’indormazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-każi.
L-aġġornamenti tal-Professur Gauci kienu twaqqfu għal kollox fit-3 ta’ Ġunju li għadda, xahar qabel ma kienu tneħħew ir-restrizzjonijiet kollha li kienu ġew imposti biex tiġi kkontrollata l-pandemija tal-Covid-19.