Monday, December 23, 2024

“Il-Proġett se jsir u se jsir żgur”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Ġurnata isbaħ minn meta sirt World Champion”. Hekk beda biex jgħid Duncan Micallef, il-President tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport waqt li kien qiegħed jagħmel l-indirizz tiegħu mill-Karting Track f’Ħal Far. 

Micallef irringrazzja lis-Segretarju Parlamentari Clifton Grima kif ukoll lis-Segretarju Parlamentari Alex Muscat li f’kollaborazzjoni kienu kruċjali biex dan il-proġett seta’ jitħabbar.

Micallef qal li sfortunatament dan l-isports jinvolvi ħafna spejjeż u hawnhekk SportsMalta qiegħda tagħmel sforz biex tkompli tinvesti f’dan l-isport.

Micallef qal li mit-18 ta’ Frar bdiet ħidma bla waqfien fejn kull eżerċizzju li kien hemm bżonn saru biex wara llum ma jkunx hemm kumplikazzjonijiet.

Huwa ħabbar li llum stess daħlet l-applikazzjoni għand l-Awtorità tal-Ipjanar għal tliet trakek u l-MMF baqgħu jinsistu li l-gvern għandu jinvesti magħhom f’dan l-isports u b’hekk se jkun hemm kollaborazzjoni bejn is-sewwieqa, il-klabbs, u entitajiet oħra.

Micallef qal li l-viżjoni hija pajjiżna jkollu l-iskola tiegħu u hemm l-ambizzjoni li jkollna sewwieqa li jkunu fuq bażi full time.

Huwa ħabbar li jekk ix-xogħlijiet ġewwa t-trakka tad-drag sas-sena 2022, fis-sena ta’ wara pajjiżna se jkun qed jospita l-ewwel event tal-FIA Uropean Drag Racing Championship.

Ekonomija

Sport