Saturday, December 28, 2024

Il-proġett tal-pipeline tal-gass eliġibbli għall-fondi Ewropej

Aqra wkoll

Fis-sigħat bikrin tal-Erbgħa filgħodu, wara negozjati twal bejn il-Kunsill Ewropew, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, ġie kkonfermat li Malta għandha tibbenefika minn deroga li tippermetti li jinkisbu fondi tal-Unjoni Ewropea għall-proġett tal-pipeline tal-gass.

Fil-kummenti tagħha, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli qalet li dan il-Gvern qed jaħdem bis-sħiħ biex il-prezzijiet tal-enerġija jinżammu stabbli għall-konsumaturi u n-negozji Maltin.

Hija żiedet tgħid ukoll li se jkomplu jaħdmu biex jimmodernizzaw l-infrastruttura tal-enerġija tagħna u biex hekk nippreparaw għal teknoloġiji futuri.

Kien proprju xahrejn ilu meta kien tħabbar li l-Awtorità tal-Ippjanar kienet approvat b’mod unanimu l-bini ta’ pipeline tal-gass taħt il-baħar li minnu hemm pjani li ma jgħaddiex biss dak l-gass imsejjaħ LNG iżda eventwalment riżorsa iżjed nadifa li hija dik proprju tal-idroġenu.

L-interkonnesjoni bi-direzzjonali b’pipeline ta’ 159km proposta bejn Malta u l-Italja, għandha tiġi installata bejn Delimara u Gela, Sqallija.

Kien intqal li l-proġett ser jgħaqqad lil Malta man-netwerk Ewropew u ser jikkontribwixxi sabiex jintegra s-suq intern ewropew.

Ekonomija

Sport