Sunday, December 22, 2024

Il-projbizzjoni tal-birra mit-Tazza tad-Dinja se tiswa lill-FIFA €45 miljun

Aqra wkoll

Il-projbizzjoni tal-birra matul it-Tazza tad-Dinja fil-Qata tista’ tiswa lill-FIFA €45 miljun bil-kumpanija Budweiser issa qed titlob kumpens. 

Il-kumpanija Amerikana tal-birra hija waħda mill-isponsors uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja u kienet lesta li tipprovdi din ix-xarba fil-grounds u fiż-żoni tal-partitarji. 

Iżda wara li l-awtoritarjiet tal-Qatar imponew din il-projbizzjoni tlett ijiem biss qabel il-bidu ta’ dan it-tournament, il-partitarji huma kollha diżappuntati li ma jistgħux jixorbu birra. 

Oriġinarjament, kien imwiegħed li l-birra u xorb ieħor kienu se jkunu disponibbli fit-tmien postijiet tat-Tazza tad-Dinja kollha.

Madankollu, il-kapijiet tal-FIFA  ma ntervjenews għall-pressjoni mill-awtoritajiet tal-Qatar u kkonfermaw li mhux se jkunu qed ibigħu l-alkoħol fl-ebda grawnd.

Bla dubju, din kienet aħbar mill-aktar ħażina għall-isponsor uffiċjali tal-birra Budweiser, li issa qed ifittxu kumpens.

Bħalissa għandhom ftehim li jiswa madwar €65m mal-FIFA għal din it-Tazza tad-Dinja.

Budweiser għandhom ukoll ftehim għat-Tazza tad-Dinja tal-2026 li jiswa sa €95m.

It-tournament li jmiss se jsir fil-kontinent Amerikan bejn it-tliet nazzjonijiet,  l-Istati Uniti, il-Kanada u l-Messiku, u se jkollu aktar nazzjonijiet jikkompetu fih.

Dan ifisser li se jkun hemm 104 logħba fi żmien erba’ snin meta mqabbla mal-format attwali ta’ 64 partita.

Ekonomija

Sport