Monday, November 18, 2024

Il-protest ta’ Levski Spartak kontra Hamrun Spartans ma jintlaqax

Aqra wkoll

II-protest li ressqu Levski Sofia kontra Hamrun Spartans biex it-tieni leg tat-tielet round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Conference League jiġi null u jerġa’ jintlagħab ma ntlaqax mill-Bord tal-Protesti tal-UEFA.

Huma sostnew li t-tieni goal li skorjaw Hamrun Spartans wasal minn pożizzjoni illeġittima tal- iskorer Ryan Camenzuli.

Filmat kien juri li Camenzuli, b’mod irregolari kien madwar tliet metri fin-naħa Bulgara qabel ma Hamrun Spartans komplew il-logħob miċ-ċirku ta’ nofs il-ground wara li sofrew il-goal tad-draw fil-91 minuta.

Peró din il-pożizzjoni rregolari ma ġiet innotata mill-ebda uffiċjal u għaldaqstant il-logħob seta jitkompla bil-konsegwenza li Camenzuli skorja l-goal tar-rebħa ta’ 2-1 bil-konsegwenza li l-logħba kellu tmur fil-ħin barrani meta l-aggregate kien dak ta’ 2-2.

Kif jaf kulħadd, ir-riżultat baqa’ dak ta’ draw sal-ħin barrani biex eventwalment l-Ispartans rebħu 4-1 bil-penalties biex ikkwalifikaw għall-play-offs ta’ din il-kompetizzjoni.

Huma argumentaw li dan kien żball tekniku. Peró fil-veritá kienet nuqqas ta’ attenzjoni mit-terna arbitrali. 

Għaldaqstant, il-partita tal-play-off ta’ din il-kompetizzjoni bejn Partizan Belgrade u Hamrun Spartans se tintlagħab kif kienet skedata fil-belt ta’ Belgrad, nhar il-Ħamis il-ġej

Ekonomija

Sport