Il-kwistjoni marbuta mat-tanker Russu Arctic Metagaz, liema tanker kien ġie attakkat fit-3 ta’ Marzu, bir-Russja twaħħal fi drones mill-Ukrajna, kellha żvolta proprju fl-aħħar sigħat u dan hekk kif uffiċjali mill-Korporazzjoni Nazzjonali taż-Żejt Libjana tkellmu ma’ dawk li kienu qegħdin jipprotestaw.
Dan seħħ wara li l-istess protestanti fosthom għadd ta’ ħaddiema għalqu il-pajp tal-gass. Il-Kap tal-Kunsill f’Zuwarah, Ghali al-Tuwayni, għadu kif ikkonferma li l-protestanti telqu mill-kumpless taż-żejt ta’ Mellitah sigħat wara li għalqu l-pajp tal-gass.
Dan sar wara wegħdiet mill-Korporazzjoni Nazzjonali taż-Żejt li tindirizza l-kriżi madwar it-tanker taż-żejt Russu milqut.

