Bejn ilbieraħ u llum, uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili tellgħu esebizzjoni quddiem il-bini tal-Parlament b’risq L-Istrina.

L-uffiċjali li ta’ kuljum isalvaw diversi ħajjiet ma kienu qegħdin jitolbu xejn għajr donazzjoni żgħira għal L-Istrina.

Fost vetturi għall-wiri u anke għodda li jużaw waqt xogħolhom, l-uffiċjali ħejjew kalendarju, liema kalendarju kien qiegħed jinbigħ għal prezz baxx ħafna li l-flus miġburin minnu kienu se jmorru għal din il-kawża ġusta.
