Saturday, October 26, 2024

“Il-providenza tinħass ukoll kull meta wieħed jagħti d-demm”

Aqra wkoll

Appell biex wieħed jibda s-sena bit-tajjeb u jkompli juri l-ġenerożità bl-għoti tad-demm

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jistieden lill-pubbliku biex jibda s-sena bit-tajjeb u jkompli juri l-ġenerożità bl-għoti tad-demm.

Huma reġgħu fakkru dan permezz ta’ filmat li, minkejja li mhux l-ewwel darba li ntwera, għandu messaġġ importanti mingħand Fr Martin Micallef, li hu wkoll kellu bżonn id-demm bħala parti mill-fejqan tiegħu.

Fr Martin qal: “Il-providenza tinħass ukoll kull meta wieħed jagħti d-demm. Tul it-triq tal-fejqan tiegħi jien ukoll kelli bżonn ningħata d-demm. Grazzi talli bil-ġest nobbli tagħkom intom se tkunu qed tgħinu nies oħra bħali.”

L-għoti tad-demm jista’ jsir fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa disponibbli mit-8:00a.m. sas-6:00p.m.

Sport