Sunday, November 24, 2024

Il-provvista tal-elettriku fil-Mosta u n-Naxxar mistennija tirritorna għan-normal fis-sigħat li ġejjin

Aqra wkoll

Diversi timijiet ta’ ħaddiema jinsabu għaddejjin b’tiswijiet estensivi meħtieġa biex tingħata lura l-provvista tad-dawl f’partijiet tal-Mosta u n-Naxxar, hekk kif fl-aħħar sigħat inqalgħu ħsarat separati fis-sistema ta’ cables ta’ vultaġġ għoli taħt l-art f’dawn iż-żewġ lokalitajiet. 

Dan apparti l-ħsarat li nqalgħu f’lokalitajiet oħra li fortunatament ġew riżolti fl-iqsar ħin possibbli.

It-tiswijiet għandhom inkomplu bla waqfien, bil-għan li l-klijenti affettwati jkollhom il-provvista tal-elettriku lura għan-normal fis-sigħat li ġejjin. Fost ix-xogħlijiet li se jkunu qed jagħmlu l-ħaddiema tal-Enemalta jinkludu tħaffir f’diversi postijiet.

Fl-aħħar nett, il-kumpanija rringrazzjat lill-pubbliku tal-kooperazzjoni tiegħu.

Sport