Thursday, December 26, 2024

“Il-provvista tal-materja prima u dik tal-prodotti essenzjali se tibqa’ waħda salvagwardjata” – il-PM

Aqra wkoll

F’kummenti lill-midja fi tmiem Summit tal-Kunsill Ewropew f’Versailles, il-Prim Ministru Robert Abela qal li wieħed mill-messaġġi ewlenin li għadda kien li Malta baqgħet tisħaq fuq l-element tal-paċi.

Qal li jifhem li s-sitwazzjoni bħalissa hija waħda ta’ tensjoni u li l-kunflitt huwa wieħed diffiċli imma sostna li jemmen li jridu jibqgħu jagħmlu dak kollu possibbli biex naslu għall-paċi.

Mal-istess midja, Dr Abela qal li se jkomplu jimxu bil-prinċipju li kienu qed jimxu fuqu waqt il-pandemija. “Dejjem ħdimna biex niżguraw il-provvista. Hekk se nibqgħu nagħmlu. Il-provvista tal-materja prima u dik tal-prodotti essenzjali se tibqa’ waħda salvagwardjata.”

Qal li insista dwar dan partikolarment fejn jidħlu l-prezzijiet tal-enerġija. Fakkar li ta l-kelma lill-poplu Malti li se jżommu l-prezzijiet tal-enerġija kif ukoll tal-fjuwils stabbli u qal li jinsabu determinati li jżommu l-kelma tagħhom.

Ekonomija

Sport