Minħabba n-nar li għadu għaddej fiż-żona tal-qasam industrijali tal-Marsa, il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex jevita ż-żona. Il-pubbliku li jgħix fil-viċinanzi għandu jżomm it-twieqi u l-bibien magħluqa u jillimita l-ivvjaġġar mhux meħtieġ. Dawn il-miżuri qed jittieħdu biex jitnaqqas ir-riskju ta’ inalazzjoni tad-duħħan u biex tiġi protetta s-saħħa tal-pubbliku.
L-espożizzjoni għad-duħħan jista’ jwassal għal diversi sintomi respiratorji u oħrajn fis-sistema tal-ġisem, inklużi iżda mhux limitati għal:
- sogħla
- qtugħ ta’ nifs jew diffikultà biex tieħu n-nifs
- għajnejn irritati jew jaħarqu
- uġigħ fil-gerżuma jew bidla fil-leħen
- uġigħ ta’ ras
- sturdament
- għeja
- konġestjoni fl-imnieħer jew fis-sinuses
Jekk int jew xi ħadd fid-dar tagħkom jibda jesperjenza xi sintomi msemmija hawn fuq, jekk jogħġobkom ikkuntattjaw is-Servizz tat-Telemediċina tal-Kura Primarja fuq 21231231 għal gwida immedjata.

