Tuesday, September 9, 2025

Il-pubbliku mistieden jieħu sehem fil-konsultazzjoni ENVISION2050 dwar il-futur kreattiv ta’Malta

Is-sessjoni se tiffoka fuq l-arti, il-kultura u s-settur kreattiv fi ħdan l-erba’ pilastri strateġiċi talviżjoni ta’ Malta għall-2050.

Aqra wkoll

Il-Kunsill Malti għal-Arti qed iħeġġeġ lill-membri tal-pubbliku biex jattendu u jikkontribwixxu lfehmiet tagħhom dwar il-viżjoni fit-tul ta’ Malta għall-2050 waqt sessjoni ta’ konsultazzjoni ddedikata u ffukata fuq l-arti, il-kultura u s-settur kreattiv.

Is-sessjoni se tesplora kif is-settur jista’ jkollu rwol ċentrali fl-iżvilupp ta’ erba’ pilastri strateġiċi għal
Malta:

Tkabbir Ekonomiku Sostenibbli

Servizzi Aċċessibbli u li jqiegħdu liċ-Ċittadin fiċ-ċentru

Pajjiż Reżiljenti u Sistema ta’ Edukazzjoni Moderna

Użu Intelligenti tal-Art u l-Baħar

Bil-parteċipazzjoni tiegħek, se jinġabar tagħrif siewi mingħand prattikanti, partijiet interessati u lpubbliku usa’ biex jiġi żgurat li l-qafas finali jirrifletti l-ħtiġijiet u r-realtajiet tas-setturi kulturali u kreattivi ta’ Malta għal ENVISION2050.

Is-sessjoni ta’ konsultazzjoni se ssir fit-22 ta’ Settembru fis-17:00 fl-Aula Magna, l-Università ta’ Malta, il-Kampus tal-Belt Valletta. L-attendenza hija bla ħlas, iżda l-parteċipanti huma mitluba u meħtieġa jikkonfermaw il-preżenza tagħhom billi jibagħtu email fuq [email protected].

Aktar informazzjoni dwar il-proċess ta’ konsultazzjoni hija disponibbli fuq
https://artscouncilmalta.gov.mt u fuq https://envision2050.gov.mt.

    ĦALLI RISPOSTA

    Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
    Jekk jogħġbok iktebismek hawn

    Sport