Saturday, October 26, 2024

Il-Pulizija Awstraljana tqis il-qtil ta’ koppja anzjana bħala “att terroristiku”

Aqra wkoll

L-investigaturi Awstraljani qed jissuspettaw li l-qtil ta’ koppja anzjana fid-dar tagħhom fi Brisbane huwa delitt marbut mat-terroriżmu mwettaq minn raġel armat b’sikkina li aktar tard inqatel mill-Pulizija.

Raghe Abdi, ta’ 22 sena, hedded lill-Pulizija b’sikkina qabel ma nqatel f’highway fil-periferiji ta’ Brisbane nhar il-Ħamis li għadda.

Il-koppja anzjana, raġel ta’ 87 sena u martu ta’ 86 sena, instabet mejta f’darha aktar tard il-Ħamis fil-viċinanzi fejn inqatel Abdi.

Id-Deputat Kummissarju tal-Pulizija tal-istat ta’ Queensland, Tracy Linford, ma tatx dettalji dwar il-mod kif il-koppja kienet inqatlet, madankollu investigaturi sabu evidenza li Abdie kien preżenti fir-residenza tal-anzjani.

Il-Kummissarju tal-Pulizija Katarina Carroll qalet li Abdi kien magħruf mal-Pulizija bħala estremist, u kien aġixxa waħdu f’dan id-delitt.

“Ma kellna l-ebda għażla għajr li niddikjaraw dan l-inċident bħala inċident terroristiku,” hija qalet f’kummenti lill-ġurnalisti.

Sport