Saturday, December 21, 2024

Il-Pulizija b’appell b’rabta mal-pandemija… il-maskri għandhom jintremew b’għaqal biex nevitaw it-tixrid tal-mard

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’appell fuq il-midja soċjali, il-Pulizija qed tappella biex il-pubbliku jkun aktar konxju u jimxi mal-linji gwida maħruġin mill-awtoritajiet tas-saħħa b’rabta mal-pandemija.

Il-Pulizija fakkret dwar l-ilbies tal-maskra kif sippost u li tkun qiegħed tgħatti l-ħalq b’tali mod li ma jkomplix jinxtered il-mard.

Importanti ħafna li l-maskri disposable jintremew u mhux jitħallew jiġru b’tali mod li jkompli jinxtered il-mard.

Li tinżamm id-distanza soċjali u kemm jista’ jkun nevitaw li ninġabru fi gruppi kbar.

Jekk kulħadd jagħmel il-parti tiegħu nistgħu naslu biex negħlbu din il-pandemija.

Ekonomija

Sport