Il-Pulizija reġgħet ħarġet appell ieħor għall-pubbliku biex jgħinha ssib lil Martin Ambinette. Dan ingħad fi stqarrija mibgħutha ftit tal-ħin ilu.
Ambinette, ta’ 65 sena, deher l-aħħar l-Fgura. L-ewwel li l-Pulizija kienet appellat, kien fit-3 ta’ Marzu li għadda.
Il-Pulizija bdiet tfittxija għalih imma s’issa għadu ma nstabx.
Kien għalhekk li qed terġa’ tappella lil min jista’ jkollu tagħrif dwaru bit-tama li jinstab.