Il-Pulizija Belġjana wettqet rejd fil-Kwartieri Ġenerali tal-Partit Popolari Ewropew (EPP), b’rabta ma’ frodi finanzjarju.
Skont rapport mis-sit internazzjonali Euractiv jidher li l-Pulizija Belġjana kkonfiskat kompjuters mill-ewwel u t-tielet sular tal-kwartieri minħabba allegat frodi mwettaq minn membri tal-istaff tal-EPP.
Il-PPE konservattiv huwa l-eqdem u l-akbar grupp politiku Ewropew. Il-President tagħhom huwa Manfred Weber, li fi Brussell jaħdem ma’ esponenti ewlenin tal-Partit Nazzjonalista, fosthom l-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil li huwa Segretarju tal-grupp tal-Partit Popolari Ewropew fil-PE, u l-Membri Parlamentari Ewropej f’isem il-Partit Nazzjonalista, Roberta Metsola u David Casa.
Il-partit mistenni joħroġ stqarrija dwar dan fil-ħin li ġej.