Saturday, April 27, 2024

Il-Pulizija bi tfittxija għal raġel li wettaq hold-up f’ħanut fil-Gżira

Aqra wkoll

Il-Pulizija bħalissa għaddejja bi tfittxija għal raġel, hekk kif aktar kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-5:00 a.m, huma ġew infurmati li seħħet seqa minn ħanut fi Triq ix-Xatt, fil-Gżira.

Il-Pulizija marret fuq il-post u minn stħarriġ illi sar, irriżulta li raġel, allegatament armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier.

Dan qaltu il-Pulzja fi stqarrija, fejn spjegat li l-ħalliel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farruġia LL.D li fetaħ inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport