Il-pulizija jixtiequ javżaw lill-pubbliku li bħalissa qed jiċċirkola messaġġ qarrieqi.
Skont twissija tal-pulizija l-messaġġ jgħid li bħalissa hemm sejħa għal 80 persuna biex jiġu impjegati fuq bażi part-time u li saħansitra x-xogħol jista’ jsir mid-dar. L-impjegati futuri qed jiġu mwiegħda li jistgħu jaqilgħu bejn €200 u €500 kuljum.
Il-pulizija tappella lill-pubbliku sabiex dawk l-individwi li jirċievu dan il-messaġġ, iżommu pass lura milli jagħmlu kuntatt fuq dan in-numru +356 99660012 u għandhom iħassru l-messaġġ minnufih.