Monday, December 16, 2024

Il-Pulizija b’investigazzjoni dwar filmat li ttella’ fuq il-midja li juri għoġol imkaxkar fuq wara ta’ trakk

Aqra wkoll

Il-Pulizija bħalissa għaddejja b’investigazzjoni, hekk kif dalgħodu ttella’ filmat fuq il-midja soċjali fejn deher għoġol imkaxkar mal-art fuq wara ta’ trakk.

Kien propju Patrick Gatt, raġel li inzerta isuq wara l-istess trakk, li ppublika dan il-filmat li ħa ta’ dak li ra permezz ta’ dash cam. L-istess Gatt qal li meta kellem lix-xufier, dan qallu li nsih.

Midja lokali rrapurtat li l-Pulizija sa issa ma rċeviet l-ebda rapport dwar dan il-każ u li fl-istess waqt se jinvestivaw il-filmat li nġibed fil-limiti taż-Żejtun.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport