Sunday, November 24, 2024

Il-Pulizija b’numru kbir ta’ rapporti ta’ ‘hacking’ fuq profili ta’ Instagram

Aqra wkoll

Il-Pulizija qed twissi lill-pubbliku minħabba l-fatt li qed tirċievi numru kbir ta’ rapporti dwar aċċess mhux awtorizzat (hacking) fuq profili ta’ Instagram. 

Għal din ir-raġuni, il-Pulizija qed tappella biex wieħed joqgħod attent u jsegwi dawn il-pariri biex inaqqas iċ-ċans li dak li jkun jispiċċa vittma ta’ dan il-hacking.

Wieħed jista’ jagħmel dan b’diversi modi fosthom li jbiddel il-password tal-midja soċjali u tal-imejl ta’ spiss. 

Il-Pulizija qed tappella wkoll biex wieħed joqgħod lura milli jagħfas fuq kwalunkwe link speċjalment minn sorsi mhux fdati jew meta wieħed ikun qed jiddubita fuq is-sors.

Wieħed għandu wkoll jagħmel dik li tissejjaħ “two-factor authentication”  u ma jikkonformax mal-ebda talba li jirċievi biex jirrekordja vidjows jew jħallas xi flus. 

Sport