Nicholas Camilleri, raġel ta’ 55 sena, residenti Birkirkara, ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija.
Fi stqarrija maħruġa mill-Pulizija ilbieraħ intqal li r-raġel x’aktarx li deher l-aħħar fl-inħawi ta’ Għajn Tuffieħa, fil-limiti tal-Imġarr.
Minkejja dan illum qiegħda tkompli bl-appell tagħha fejn filwaqt li kkonfermat li t-tfittxija għadha għaddejja, xerrdet ritratt aktar riċenti tiegħu bit-tama li dan ikun jista’ jingħaraf aħjar mill-pubbliku.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.