Thursday, November 28, 2024

Il-Pulizija b’sejba ta’ 100 kilogramma droga fil-Port Ħieles

Aqra wkoll

F’operazzjoni oħra fil-Port Ħieles, il-Pulizija l-Erbgħa filgħaxija, għamlet sejba oħra ta’ madwar 100 kilogramma droga suspettata kokaina, b’valur fit-triq ta’ madwar €14-il miljun.

Id-droga instabet f’madwar 50 pakkett li kienu moħbija qalb rombli tal-cables f’kontejner li wasal Malta mill-Port ta’ Guayaqil fl-Ekwador.

Din is-sejba ta’ droga saret waqt sorveljanza kontinwa li l-Pulizija qegħda tagħmel, bħala parti mill-ħidma kontra l-importazzjoni tad-droga u assistita mid-Dipartiment tad-Dwana.

Filwaqt li d-droga ġiet ikkonfiskata u l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet, infetħet inkjesta mill-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport