Saturday, November 23, 2024

Il-Pulizija Federali Awstraljana tkisser ċirku kbir ta’ abbuż ta’ tfal

Aqra wkoll

Investigazzjoni mmexxija mill-Pulizija Federali Awstraljana kissret ċirku kriminali ta’ abbuż fuq tfal, b’għad ta’ persuni jiġu mizlijin b’abbuż u sfruttar ta’ tfal Awstraljani.

Disa’ rġiel minn tliet stati differenti ≠ New South Wales, Queensland u Western Australia – ġew mixlijin, b’mill-inqas 14-il tifel u tifla jiġu salvati fil-proċess, riżultat ta’ investigazzjoni tal-pulizija Awstraljana fil-konfront ta’ diversi persuni fir-rigward tal-allegat produzzjoni u tqassim ta’ materjal abbużiv ta’ tfal.

Lesa Gale, Assistent Kummissarju għaċ-Ċentru Awstraljan Kontra L-Isfruttar ta’ Tfal, f’kummenti li tat lill-ġurnalisti qalet li “nissuspettaw li dan in-netwerk onlajn ta’ sfruttar ta’ tfal huwa l-akbar wieħed li ġie mkisser riċentement”.

“Il-messaġġ tiegħi lil dawk il-kriminali li qed jaraw dan: Aħna ġejjin, u ġejjin għalikom.”

Gale qalet li t-tfal kellhom bejn erba’ u seba’ snin.

Sport