Sunday, November 24, 2024

Il-Pulizija fil-Kenja tarresta raġel li allegatament qatel 42 mara inkluż lil martu u tefahom f’miżbla

Aqra wkoll

Il-pulizija fil-Kena qalet li arrestat raġel li mal-Pulizija stqarr li qatel 42 mara inkluż martu u li tefa’ l-fdalijiet tagħhom f’tarf ta’ miżbla f’Nairobi, il-belt kapitali tal-pajjiż.

Douglas Kanja, spettur ġenerali tal-Pulizija spjega li l-akkużat, li għandu 33 sena huwa Collins Jumaisi Khalusha u li ġie arrestat nhar it-Tnejn li għadda ġo bar qrib Nairobi. F’kumment li ta lill-ġurnalisti, il-kap tad-Direttorat tal-Investigazzjonijiet Kriminali (DCI), Mohamed Amin, qal; “Qed nitkellmu mal-akkużat. Sa issa li nistgħu ngħidu hu li l-persuna huwa psikopatiku u li ma għandu rispett lejn ħadd”.

Huwa mifhum li l-qtil ta’ dawn in-nisa seħħ bejn l-2022 u l-Ħamis li għadda. Sa issa minn informazzjoni li rnexxielhom jiksbu l-Pulizija, jirriżulta li Khalusha qatel dawn in-nisa u ġarrhom f’sit tar-rimi biex ħadd ma jinduna b’dak li kien qed jagħmel. Fi tmiem il-ġimgħa kompliet tikber it-tensjoni fix-xena tad-delitt, hekkk kif għadd ta’ voluntiera bdew it-tfittxija fil-munzell taż-żibel li kien hemm.

Din mihjiex l-ewwel darba li fil-Kenja ġie arrestat xi ħadd wara li allegatament qatel iktar minn ħames persuni fil-pajjiż. Dan hekk kif, f’Ottubru ta’ tliet snin ilu, kien tressaq il-Qorti, Masten Wanjala, raġel li kien ammetta li qatel għaxart itfal fil-Kenja.

Wanjala kien meqjus bħala bniedem perikoluż ħafna. Huwa kien ġie arrestat f’Lulju li għadda meta nsab ħati li ta d-droga u qatel subien ta’ età żgħira u kien hemm drabi fejn anke xorob id-demm tagħhom. 

Sport