Friday, December 20, 2024

“Il-Pulizija f’Malta kollha pu***” … Il-MPU titlob investigazzjoni dwar filmat imxandar fuq TikTok

Aqra wkoll

Il-MPU ressqet ilment lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex formalment tinvestiga u eventwalment tressaq il-Qorti persuna barranija bl-isem ta’ Mona wara li tellgħet filmat fuq TikTok.

Din il-persuna li l-profil tagħha jġib l-isem ta’ Mona60000, tellgħet filmat li fih intqal kliem offensiv u akkużi foloz kontra l-membri tal-MPU.

Fil-filmat Mona tinstema’ tgħid li “l-Pulizija f’Malta kollha Pu***” u saħansitra allegat li huma bħal ta’ Sqallija u li meta jaraw l-problemi u ċċemplilhom “ma jagħmlu xejn”.

Ekonomija

Sport