Il-pulizija Franċiża rnexxielha tipprevjeni attakk permezz ta’ bomba barra bank Amerikan f’Pariġi s-Sibt li għadda. Dan meta, skont ma qed jiġi rrapportat, l-uffiċjali rnexxielhom jarrestaw raġel waqt li kien se jattiva l-isplussiv.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3.30 a.m. quddiem il-bini tal-Bank of America fit-tmien “arrondissement” tal-belt, ftit bogħol minn Champs-Élysées.
Il-pulizija kienet qabdet lir-raġel eżatt wara li kien poġġa apparat li fih kien hemm ħames litri ta’ likwidu, li huwa maħsub li kien fjuwil u sistema oħra ta’ tqabbid. Mill-ewwel analiżi rriżulta li dan il-komponent kien fih 650 gramma ta’ splussiv, bl-apparat jittieħed fil-laboratorju forensiku tal-pulizja ta’ Pariġi għal aktar stħarriġ.
L-uffiċċju tal-prosekutur kontra t-terroriżmu ta’ Franza qal li kien ħa f’idejh mill-ewwel l-investigazzjoni u kkonferma li s-suspettat kien ġie arrestat.
Il-Ministru tal-Intern ta’ Franza, Laurent Nuñez, faħħar l-azzjoni f’waqtha tal-uffiċjali f’post fuq X, fejn irrefera “għas-sitwazzjoni internazzjonali attwali”, fejn il-pajjiżi Ewropej żiedu t-tħassib dwar is-sigurtà domestika minħabba l-gwerra fil-Lvant Nofsani. Huwa nsista li l-viġilanza fi Frranxza “tibqa’ aktar minn qatt qabel f’livell għoli”.
Il-pulizija f’Pariġi twaqqaf attentat ta’ attakk b’bomba barra l-bini tal-Bank of America