Friday, December 20, 2024

Il-Pulizija Franċiża toqtol raġel li beda jheddidhom b’sikkina fi stazzjon tal-ferrovija

Aqra wkoll

Il-Pulizija Franċiża sparaw fuq raġel u qatluh wara li beda jheddidhom fl-istazzjon tal-ferrovija ta’ Gare du Nord f’Pariġi. 

Ir-raġel ħebb għal żewġ uffiċjali tal-pulizija b’sikkina twila 30 ċentimetri, waqt li kienu qed jagħmlu ronda fl-imsemmi stazzjon.

Rapporti qalu li fuq is-sikkina nstabu kliem kontra l-pulizija. F’dan l-inċident, li seħħ ilbieraħ filgħodu, ma weġġa’ l-ebda uffiċjal tal-pulizija. 

L-awtoritajiet tal-pajjiż jemmnu li dan l-inċident ma kienx relatat mat-terroriżmu. 

Ekonomija

Sport