Friday, September 20, 2024

Il-pulizija Ġermaniża tinvestiga dwar l-għejbien ta’ “monument kulturali”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-pulizija Ġermaniża nediet investigazzjoni dwar l-għejbien ta’ statwa partikolari minn fuq muntanja fil-Bavarja. L-istatwa tal-injam twila żewġ metri aktarx kienet maqtugħa fi tmiem il-ġimgħa. 

L-istatwa kienet ilha għal snin sħaħ fuq il-muntanja Grünten fil-Lbiċ ta’ Munich. Dak kollu li fadal mill-monument huwa zokk żgħir u ftit laqx tal-injam.

Mhux magħruf min oriġinarjament naqqax u waqqaf din l-iskultura, li kienet tiġbed l-għajn ta’ bosta fuq din il-muntanja li hi għolja 1,738 metru. Anki Google Maps irrikonoxxiet l-istatus ta’ din l-iskultura u ddeskrivietha bħala “monument kulturali”.

Sport