Sunday, December 22, 2024

Il-Pulizija għaddejja b’ħidma biex taqbad raġel li daħal jisraq f’ħanut il-Fgura

Aqra wkoll

Għall-ħabta tad-21:00 tal-bieraħ, intalbet l-assistenza tal-Pulizija wara li kienet seħħet serqa minn ħanut fi Triq San Tumas, il-Fgura.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel mgħammad daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier, Pakistan ta’ 31 sena residenti Santa Venera.

Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti u oġġetti oħra. Fortunatament ħadd ma weġġa’.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr C. Farrugia Frendo ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport