Sunday, November 10, 2024

Il-pulizija għadhom ma identifikawx lill-allegat aggressur tat-taxi l-bajda

Xufier tat-taxi l-bajda jiġi aggredit iċ-Ċirkewwa

Aqra wkoll

Xufier ta’ taxi bajda , ilbieraħ filgħaxija allegatament ġie aggredit minn xufier ta’ karozza tal-pjanċi LY meta kien qiegħed iċ-Ċirkewwa.

Kelliem għall-Pulizija qal lil talk.mt li s’issa l-pulizija għadhom ma ddentifikawx lil allegat aggressur u l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10.00pm meta persuni li kienu fuq il-post qalu li l-vittma kien qiegħed għall-affari tiegħu viċin il-venda li hemm ħdejn it-terminal tal-Gozo Channel.

Skont dak li qed jiġi allegat, numru ta’ turisti marru biex ikellmuh dwar servizz li jista’ joffrilhom, iżda xufien ta’ karozza tal-pjanċi LY daħal bejnithom.

Il-vittma qed jallega li f’ħin minnhom waqt li kien qed jitkellem ma’ xi turisti, ix-xufier l-ieħor beda jgħajjar u jinsulentah waqt li kien qed jipprova jitkellem mat-turisti. Kien hawn li allegatament il-vittma mar biex jieħu ritratt tal-pjanċi tax-xufier l-ieħor, iżda dan allegatament qabdu minn għonqu u tah xeba.

Skont persuni li kienu fuq il-post qalu li l-vittma spiċċa mal-art mitluf minn sensieh u mill-ewwel ġie tim mediku b’ambulanza li ħadu lir-raġel l-isptar.

Ix-xufier tal-LY plate ħarab minn fuq il-post fejn jidher li l-pulizija qegħdin ifittxuh.

Sport