Sunday, November 24, 2024

Il-pulizija jagħmlu rejd fl-uffiċini ta’ Milan

Aqra wkoll

Milan ħarġu stqarrija fejn insistew li qed ‘jikkoperaw bis-sħiħ’ mal-awtori­tajiet wara li sar rejd fl-uffiċċini tagħhom, b’Ivan Gazidis u Giorgio Furlani taħt investigazzjoni. 

L-uffiċċini ta’ Milan ġew irrejdjati mill-Pulizija Finanzjarja Taljana, li ħadu files u tagħmir tal-kompjuter biex jiġu eżaminati.

Il-prosekuzzjoni ssostni li Elliott Manage­ment għadhom jikkontrollaw u jippossjedu lil Milan, għalhekk il-bejgħ fis-sajf tal-2022 lir-RedBird ta’ Gerry Cardinale ma kienx għal kollox fil-livell kif mixtieq.

Dan qed isegwi l-azzjoni legali meħuda minn xi azzjonisti minoritarji preċedenti fil-bejgħ.

Elliott Management għandhom ukoll lil Lille, u għalhekk ikun kontra r-regoli li huma jżommu l-kontroll ta’ Milan, wara li nfurmaw lill-FIGC u lill-UEFA li m’għadhomx fit-tmexxija tar-Rossoneri.

Il-media Taljana tirrapporta li l-eks kap eżekuttiv, Gazidis, li kellu r-rwol mill-2018 sal-2022, u l-kap eżekuttiv attwali, Furlani, huma t-tnejn taħt investigazzjoni talli ħbew informazzjoni mill-FIGC.

Milan ħarġu stqarrija fejn aċċertaw li l-club qed jikkopera mal-awtoritajiet u l-club innifsu mhuwiex taħt investigazzjoni.

Huwa rrappurtat li tqajjem  xettiċiżmu u dubji kbar meta rappreżentanti ta’ Milan kienu qed ‘jixtru’ dokument madwar l-Arabja Sawdija biex jippruvaw isibu investituri ġodda.

Famożament Elliott Management ħadu f’idejhom lil Milan fl-2018 wara li l-eks sid, Yonghong Li, naqas milli jżomm il-ħlas lura tas-self lill-fond fiduċjarju.

Yonghong Li seta’ jixtri lil Milan mingħand Silvio Berlusconi biss grazzi għal dak is-self ftit aktar minn sena qabel.

Sport