Monday, December 23, 2024

Il-Pulizija jaqbdu sewwieq għaddej b’185 km fis-siegħa

Aqra wkoll

Minkejja l-appelli li għamel il-Korp tal-Pulizija sa minn kmieni dalgħodu sabiex avolja ħafna mit-toroq illum ikunu kważi vojta ma jfissirx li wieħed jabbuża mill-veloċità, xorta waħda kien hemm minn ma mexiex mal-appell li sar.

F’operazzjoni konġunta bejn it-Taqsimiet tal-Pulizija tat-Traffiku, tar-Rapid Intervention Unit u tas-Special Intervention Unit, twaqqfu 64 sewwieq u nħarġitilhom taħrika dwar sewqan eċċessiv.

Il-kontrolli rigward sewqan eċċessiv saru fost oħrajn fi Triq il-Kosta, fil-Bypass ta’ San Pawl il-Baħar u fil-Mellieħa.

L-ogħla veloċità rreġistrata kienet ta’ 185 kilometru fis-siegħa f’żona ta’ 80 kilometru fis-siegħa fil-bypass ta’ San Pawl il-Baħar.

Ħidmiet simili se jibqgħu jsiru waqt li l-Pulizija se tkompli twettaq ix-xogħol tagħha ta’ infurzar b’rabta mal-imxija tal-COVID-19.

Ekonomija

Sport