Saturday, December 21, 2024

Il-Pulizija jiksbu permess għal tiftix fuq il-mowbile ta’ Alec Baldwin

Aqra wkoll

Il-pulizija li qed jinvestikaw il-każ traġiku li seħħ fuq is-sett tal-film Rust, kisbu permess għal tiftix (search warrant) fuq il-mowbal personali tal-attur Alec Baldwin.

F’dan l-inċident iċ-ċinematografu Halyne Hutchins tilfet ħajjitha filwaqt li d-direttur Joel Souza sofra ġrieħi. Il-każ seħħ waqt provi b’pistola fittizja fuq is-sett tal-film. Baldwin, li għandu 63 sena, dejjem insista li huwa qatt ma għafas il-grillu. 

Il-permess ta’ tiftix inħareġ mill-qorti ta’ Sante Fe ġewwa New Mexico – l-istat fejn kien qiegħed jinġibed il-film Rust. Il-qorti qalet li “jista’ jkun hemm evidenza fuq dan il-mobile” li tista’ tkun “materjal relatat mal-investigazzjoni.” 

Kienu l-investigaturi li talbu biex il-mowbile ta’ Baldwin jiġi kkonfiskat. Hu mifhum li huma jridu jaraw l-messaġġi, emails, tfittxijiet fuq l-internet u informazzjoni oħra li tista’ tkun miġbura minn dan il-mowbajl. 

Dan qiegħed iseħħ ġimagħtejn wara li l-attur kien ta l-ewwel intervista fuq it-televizjoni minn meta seħħ il-każ. Fiha hu kien qal li huwa m’għafasx il-grillu tal-pistola minkejja li din
ħadet.

Min-naħa tiegħu l-attur qal li huwa qiegħed jikkopera bis-sħiħ mal-investigazzjoni tal-pulizija, u s’issa għadhom ma tressqu l-ebda akkużi la kontrih u lanqas kontra persuni oħrajn.  

Ekonomija

Sport