Monday, January 12, 2026

Il-Pulizija keċċiet mill-pajjiż immigrant mill-Ażja wara li ma kkwalifikax għall-protezzjoni f’Malta

Aqra wkoll

Il-Pulizija tal-Immigrazzjoni keċċiet mill-pajjiż immigrant irregolari ta’ dixxendenza Ażjatika wara li ma kkwalifikax għall-protezzjoni f’Malta.

Ir-raġel kien daħal Malta lura fl-2023 u minn dak iż-żmien baqa’ qatt ma kkopera malawtoritajiet biex jitlaq mill-pajjiż. Huwa skonta wkoll perjodu ta’ priġunerija wara li pprova jaħrab minn ċentru ta’ detenzjoni.

Fl-aħħar ġimgħat, permezz ta’ ħidma mill-Pulizija tal-Immigrazzjoni u r-Returns Unit fi ħdan il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-xogħol, inkiseb dokument ta’ identifikazzjoni biex ir-raġel issa seta’ jiġi ritornat lura lejn il-pajjiż tal-oriġinu tiegħu b’mod sfurzat.

Sakemm tlesta dan il-proċess ir-raġel baqa’ jinżamm f’ċentru ta’ detenzjoni. Din hija t-tieni operazzjoni ta’ ritorn sfurzat li ġiet organizzata mill-Pulizija matul is-sena 2026.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport