Fl-aħħar ħin l-eks Prim Ministru Joseph Muscat kkjarifika fuq dak li ntqal illum fil-Qorti u kkonferma li staqsa “on the record” jekk hux qed jigi investigat dwar il-każ.
Il-Pulizija “on the record” ikkonfermaw li Muscat mhuwiex, u li ġie imsejjaħ minħabba allegazzjonijiet li saru fi statement li ngħata.
Qal li hu jinsab infurmat li twissija tingħata bħala prassi fi proċedura bħal din. Huwa wieġeb għall-mistoqsijiet kollha li saru mill-Pulizija, fejn kien hemm fatti ċari li jmeru l-kontenut tal-istatement li ngħata. Muscat żied jgħid li dan kollu jista’ jiġi vverifikat indipendentement minħabba li l-konversazzjoni ġiet irrekordjata mill-Pulizija.
Huwa temm jgħid li minkejja l-attentat kontinwu u sistematiku biex hu jiġi mħammeg, il-fatti ma jmerihom ħadd u l-akbar fatt li jixhed li għamel dmiru hu li wasal żblokk tant sinjifikanti f’dan il-każ.