Thursday, November 14, 2024

Il-Pulizija konvinta li fil-qtil ta’ Charlene Farrugia hemm imdaħħla persuna oħra apparti Woods

Aqra wkoll

Hekk kif illum kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra John Paul Charles Woods ta’ 39 sena li qed jiġi mixli bil-qtil ta’ Charlene Farrugia u li ħeba l-katavru tagħha, ta x-xhieda tiegħu John Farrugia, missier il-vittma.

Huwa ta x-xhieda tiegħu permezz ta’ video conferencing quddiem il-Maġistrat Marseanne Farrugia.

Fix-xhieda tiegħu Farrugia qal li bintu nstabet l-għada li kien żar il-qabar ta’ Krist fl-Art Imqaddsa. Iż-żjara fl-Art Imqaddsa żvolġiet f’Lulju tas-sena l-oħra.

Farrugia qal li waqt iż-żjara lill-qabar ta’ Kristu huwa beda jitlob biex jinstab il-katavru ta’ bintu.

Żied jgħid li kien proprju l-għada, waqt li kien fuq it-titjira lura lejn Malta, li l-Arċipriet ta’ Ħaż-Żebbuġ Dun Daniel Cardona kien informah li l-fdalijiet ta’ bintu kienu nstabu f’sur fil-Belt Valletta.

Woods kien wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjubin fil-konfront tiegħu u għadu miżmum taħt arrest, fejn attwalment qed jiskonta sentenza fuq serq.

Fis-seduta ta x-xhieda tiegħu wkoll l-Ispettur Jonathan Ransley li rrakkonta kif inizjalment Woods ried jerfa’ r-responsabbiltà kollha għad-delitt. Madankollu aktar tard kien stqarr li wara aktar interrogazzjonijiet Woods implika lil jesmond Cassar magħruf bħala “it-Tito”.

L-Ispettur Ransley żied jgħid li l-Pulizija hi konvinat li fl-omiċidju hemm persuna oħra li hija involuta u li l-investigazzjonijiet fuq l-involviment tat-Tito għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport