Thursday, December 26, 2024

Il-Pulizija Maltija b’sehem biex jiġu identifikati tfal sfruttati sesswalment u l-aggressuri tagħhom

Aqra wkoll

Taskforce għall-Identifikazzjoni tal-Vittmi kkordinata mill-Europol bejn 26 pajjiż – Awstralja, Belġju, Kanada, Kroazja, Ċipru, Danimarka, Estonja, Franza, Ġermanja, Ungerija, Irlanda, Latvja, Malta, Moldova, Olanda, Norveġja, Portugall, Rumanija, Repubblika Slovakka, Slovenja, Spanja, Svezja, Iżvizzera, ir-Renju Unit, l-Ukrajna, l-Istati Uniti, l-Europol u l-INTERPOL wasslet biex jiġu identifikati 18-il tifel u tifla kif ukoll jinqabdu żewġ aggressuri.

Din kienet l-10 edizzjoni tat-Taskforce u l-għan tagħha huwa li jiġu identifikati vittmi u delinkwenti murija f’materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal.

Bejn il-25 ta’ Ottubru u l-5 ta’ Novembru 2021, l-esperti; inkluż Uffiċjal mit-Taqsima tas-Cyber Crime tal-Pulizija Maltija, minn kull pajjiż raw madwar 580 sett ta ritratti u vidjows li juru vittmi mhux magħrufa ta’ abbuż sesswali tat-tfal. Kienu appoġġjati minn speċjalisti tal-Europol u analisti tal-intelligence fil-qasam tal-ġlieda kontra l-isfruttament sesswali tat-tfal.

Mill-2014, l-Europol ilu jiġbor speċjalisti tal-identifikazzjoni tal-vittmi minn madwar id-dinja fuq bażi regolari sabiex jiffoka fuq każijiet mhux solvuti ta’ abbuż sesswali tat-tfal. S’Issa, 290 speċjalista minn aktar minn 35 pajjiż ħadu sehem f’din l-attività operattiva u aktar minn 533 tifel u tifla ġew salvagwardjati u 182 ħati arrestati.

Ekonomija

Sport