Operazzjoni internazzjonali kkordinata mill-Europol – bis-sehem tal-Pulizija Maltija – waslet biex tneħħew b’suċċess networks ta’ frodi u ħasil ta’ flus, li jammontaw għal aktar minn €700 miljun.
Din l-operazzjoni mmarkat il-qofol ta’ snin ta’ investigazzjonijiet biex tkisser ċirku ta’ kriminali madwar l-Ewropa u lil hinn minnha.In-netwerk kriminali kien qiegħed jopera bosta pjattaformi ta’ investimenti tal-cryptocurrency foloz, u jattiraw eluf ta’ vittmi permezz ta’ reklami sofistikati b’wegħda ta’ profitti għoljin.
Il-vittmi kienu li imbagħad jiġu kkuntatjati ripetutament permezz ta’ telefonati, fejn dawk li jċemplu jagħmlu pressjoni fuq il-vittmi biex jagħmlu pagamenti kontinwi billi juruhom profitt minfuħ fuq pjattaformi kummerċjali foloz.
L-INVOLVIMENT TAL- PULIZIJA MALTIJA L-involviment tal-Pulizija Maltija, permezz tal-Blockchain Analysis Unit (BAU), waslet biex ġew identifikati erba’ każijiet relatati ma’ frodi ta’ investiment fejn l-erba’ vittmi Maltin tilfu bejniethom total ta’ €493,750.
Il-frodi kien jinvolvi ingann f’investimenti online bl-użu ta’ pjattaformi differenti fejn il-vittmi ġew imqarrqa minn konsulenti finanzjarji foloz, ingħataw struzzjonijiet biex jużaw għodod ta’aċċess u pprovdew dokumenti personali. Il-fondi ġew trasferiti permezz ta’ banek tradizzjonali, karti ta’ kreditu, u cryptocurrenc.
ARRESTI F’PAJJIŻI EWROPEJ
B’rabta ma’ din l-operazzjoni, f’Ottubru li għadda saru rejds tal-pulizija kkoordinati madwar Ċipru, il-Ġermanja, u Spanja fuq talba tal-awtoritajiet Franċiżi u Belġjani.
Dawn l-azzjonijiet inizjali wasslu għall-arrest ta’ disa’ individwi suspettati li ħaslu fondi illeċiti ġġenerati minn pjattaformi foloz tal-cryptocurrency.F’din l-operazzjoni tal-Europol, minbarra l-Pulizija Maltija ħadu sehem ukoll l-awtoritajiet talBelġju, Bulgarija, Ċipru, Franza, Ġermanja, Iżrael u Spanja.


